Description

persuna fiżika li sofriet ħsara (inkluż ħsara fiżika, mentali jew emozzjonali jew telf ekonomiku) kkawżat b’mod dirett minn reat kriminali, kif ukoll il-membri tal-familja tal-persuna li l-mewt tagħha ġiet ikkawżata minn reat kriminali u li soffrew ħsara b'riżultat tal-mewt ta' dik il-persuna

Additional notes and information

Din id-definizzjoni tkopri wkoll membri tal-familja tal-vittma mejta li soffrew ħsara minħabba l-mewt tal-persuna kkważata b'reat kriminali. B'relazzjoni mal-vjolenza kontra n-nisa, it-terminu "vittma" huwa użat ħafna drabi minflok it-terminu "superstitu". Pero', it-terminu vitttma ġie kkritikat għaliex ma' jagħtix lok lil nisa li jkunu ġew suġġettati għal vjolenza abbażi tal-ġeneru, b'mod partikolari vittmi ta' stupru. Sar għalhekk suġġeriment li għandu jintuża t-terminu superstiti. Id-dibattiti dwar dan għadhom qed isiru. Nonostanti d-dibattiti li qed isiru dwar it-termini "vittma" jew "superstiti" - għaċ-ċarezza u konsistenza - fid-definizzjonijiet kollha fil-Glossarju dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi dwar vjolenza abbażi ta' sess, nużaw it-terminu "vittma" peress li l-istess terminu jintuża repetutament f'sorsi Ewropej u Internazzjonali.