Description

rwol riproduttiv, produttiv u ta’ mmaniġġjar tal-komunità

Additional notes and information

Il-mod kif dawn il-forom jiġu vvalutati jaffettwa l-mod kif in-nisa u l-irġiel jistabbilixxu prijoritajiet fl-ippjanar ta’ programmi jew ta’ proġetti. It-teħid jew in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn il-forom jista’ jtejjeb jew jillimita l-possibilitajiet għan-nisa biex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet ta’ żvilupp. Fil-biċċa l-kbira tas-soċjetajiet, in-nisa bi dħul baxx iwettqu t-tliet rwoli kollha, filwaqt li l-irġiel iwettqu primarjament attivitajiet produttivi u ta’ politika fil-komunità, li normalment jiġġeneraw ħlas, status jew poter. Ir-rwol riproduttiv tan-nisa jinkludi l-kura u l-manteniment tal-forza tax-xogħol attwali u futura tal-familja (responsabbiltajiet relatati mal-maternità u kompiti domestiċi). Ir-rwol produttiv tan-nisa jittratta x-xogħol imwettaq min-nisa u mill-irġiel bi ħlas monetarju jew in natura (produzzjoni għas-suq, produzzjoni informali, produzzjoni domestika, produzzjoni ta’ sussistenza). Ir-rwol ta’ tmexxija fil-komunità li jsir min-nisa jinkludi xogħol l-aktar relatat mal-kura u max-xogħol mingħajr ħlas, u l-provvista ta’ riżorsi kollettivi bħall-ilma, il-kura tas-saħħa, eċċ.