Description

il-kisba tal-ugwaljanza f'sens wiesa', aktar orjentat lejn ir-riżultati u ridistributtiv, ibbażat fuq l-għarfien li l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u t-trattament ugwali jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jirrimedjaw l-oppressjoni storika u l-iżvantaġġ tan-nisa

Additional notes and information

F'xi każijiet, l-opportunitajiet indaqs jistgħu fil-fatt ikollhom impatt negattiv fuq il-benesseri tan-nisa, jekk in-nisa jaħlu l-ħin u l-enerġija sabiex jieħdu vantaġġ minnhom mingħajr ebda riżultat. Sabiex jiġi żgurat li l-interventi ta' żvilupp jirriżultaw fl-ugwaljanza tal-eżitu għan-nisa u l-irġiel, jeħtieġ li dawn jitfasslu fuq il-bażi tal-analiżi tal-ġeneru. Għalhekk, trattament 'indaqs' ma jfissirx 'l-istess' trattament, iżda jimplika li persuni li huma f'sitwazzjonijiet simili għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod, u li persuni li jinsabu f'ċirkostanzi differenti għandhom jiġu ttrattati b'mod differenti. L-ugwaljanza tal-eżitu jew tar-riżultati tirrikjedi l-ħolqien ta' ambjent soċjali faċilitanti billi tindirizza l-ideoloġija u l-elementi kunċettwali kulturali li joħolqu ġerarkiji fi ħdan ir-relazzjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel. Il-miżuri pożittivi wrew li huma miżuri neċessarji sabiex jiggarantixxu l-ugwaljanza tal-eżitu.