Description

dak li n-nisa jew l-irġiel jeħtieġu sabiex itejbu l-pożizzjoni jew l-istatus tagħhom fir-rigward ta' xulxin billi jqiegħdhom f'kontroll akbar tagħhom infushom minflok jillimitahom għar-restrizzjonijiet imposti minn rwoli definiti soċjalment

Additional notes and information

Dawn huma għal perjodu fit-tul (jiġifieri għandhom l-għan li jtejbu l-pożizzjonijiet); għandhom ukoll l-għan li jneħħu r-restrizzjonijiet, u huma anqas viżibbli peress li jfittxu li jibdlu l-attitudnijiet. Eżempji li jindirizzaw l-SGNs jinkludu azzjonijiet bħall-għoti tad-drittijiet għall-art, wirt, servizzi finanzjarji u ta' kreditu, żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet; ħolqien ta' opportunitajiet indaqs għall-impjieg (pagi ndaqs għall-istess xogħol) u titjib fis-sistemi soċjali.