Description

strument ta’ kejl pożittiv immirat sabiex jaċċellera l-kisba ta’ parteċipazzjoni u rappreżentanza bbilanċjata bejn is-sessi billi jistabbilixxi proporzjon (perċentwal) definit jew numru ta’ postijiet jew siġġijiet li jridu jimtlew min-nisa u/jew l-irġiel, jew li jiġu allokati lilhom, ġeneralment taħt ċerti regoli jew kriterji

Additional notes and information

Jistgħu jiġu applikati kwoti sabiex jiġi kkorreġut l-iżbilanċ preċedenti bejn il-ġeneri f'oqsma differenti u f'livelli differenti, inklużi fl-assemblej politiċi, il-pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-pubbliku, il-ħajja politika u l-ħajja ekonomika (bords tal-kumpaniji), kif ukoll biex tiġi żgurata l-inklużjoni tan-nisa u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-korpi internazzjonali, jew bħala għodda għall-promozzjoni tal-aċċess ugwali għal opportunitajiet ta' taħriġ u impjieg. Il-kwoti li għandhom l-għan li jżidu r-rappreżentazzjoni bilanċjata bejn is-sessi jistgħu jkunu obbligazzjoni li toħroġ mill-kostituzzjoni jew mil-liġi elettorali, tax-xogħol jew tal-ugwaljanza bejn is-sessi (kwoti legali tal-ġeneri, li jistgħu jinkludu sanzjonijiet għal nuqqas ta' konformità), jew applikati fuq bażi volontarja (kwoti volontarji tal-partiti politiċi). It-tipi ta' kwoti jvarjaw ukoll skont l-aspett tal-proċessi tal-għażla u tan-nominazzjoni li l-kwoti huma mmirati lejhom.