Description

korp indipendenti nazzjonali għall-promozzjoni tat-trattament ugwali tan-nisa u tal-irġiel u responsabbli sabiex jipprovdi assistenza indipendenti lill-vittmi ta’ allegata diskriminazzjoni abbażi tas-sess u tal-ġeneru, imexxi stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni, jippubblika rapporti indipendenti u jagħmel rakkomandazzjonijiet fuq kwalunkwe kwistjoni relatata ma’ tali diskriminazzjoni

Additional notes and information

Il-mandat tagħhom jista' jinkludi wkoll funzjonijiet oħrajn, bħal sensibilizzazzjoni, taħriġ u attivitajiet ta' bini tal-kapaċità. Il-frażi "entitajiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri" xi kultant hija użata bħala frażi ġenerika għal mekkaniżmi ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri istituzzjonali ġenerali li jistgħu jinkludu tali entitajiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala parti mill-istruttura tagħhom.