Description

it-tendenza lejn proporzjon li qed jiżdied ta’ nisa fost ħaddiema migranti internazzjonali

Additional notes and information

Il-feminizzazzjoni tal-migrazzjoni tax-xogħol seħħet f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin għal tliet raġunijiet ewlenin. L-ewwelnett, id-domanda għax-xogħol, speċjalment f'pajjiżi aktar żviluppati, qiegħda ssir aktar selettiva skont is-sessi favur impjiegi li tipikament jimtlew minn nisa, pereżempju f'servizzi, kura tas-saħħa u divertiment, u speċjalment bħala riżultat tal-kriżi globali tal-kura. It-tieni, it-tibdil fir-relazzjonijiet bejn is-sessi f'xi pajjiżi ta' oriġini jfisser li n-nisa għandhom aktar indipendenza biex jaħdmu u jemigraw f'numri akbar milli kien qabel. It-tielet, kien hemm żieda fil-migrazzjoni tan-nisa għal xogħol domestiku, kif ukoll f'migrazzjoni organizzata għaż-żwieġ u t-traffikar tan-nisa fl-industrija tas-sess.