Description

kwalunkwe kondotta intenzjonata li xxekkel serjament l-integrità psikoloġika ta’ persuna oħra permezz ta’ sfurzar jew theddid Definizzjoni ta' Statistika kwalunkwe att li jikkawża ħsara psikoloġika lil xi individwu. Il-vjolenza psikoloġika tista tieħu l-forma ta', per eżempju, sfurzar, defamazzjoni, insult verbali jew fastidju.

Additional notes and information

Il-karatteristika sinifikanti tagħhom hija mġiba b’tendenza ta’ abbuż matul iż-żmien – fil-familja jew barra minnha. Din taffettwa mhux biss is-saħħa mentali tal-individwi u n-netwerks soċjali tagħhom, iżda ċċaħadhom ukoll minn opportunitajiet għal żvilupp personali, soċjali u ekonomiku fil-futur. Eżempji ta’ vjolenza psikoloġika jinkludu atti bħal iżolament minn nies oħra, aggressjoni verbali, theddid, intimidazzjoni, kontroll, fastidju jew insegwiment malizzjuż (stalking), insulti, umiljazzjoni u malafama.