Description

id-drittijiet tal-bniedem li diġà huma rikonoxxuti fil-liġijiet nazzjonali, fil-liġijiet internazzjonali u fid-dokumenti internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u f’dokumenti oħra ta’ kunsens li jiddependu fuq ir-rikonoxximent tad-drittijiet bażiċi tal-koppji u tal-individwi kollha li jieħdu deċiżjoni b'mod liberu u responsabbli dwar l-għadd ta' tfal li jkollhom, iż-żmien ta’ bejniethom u l-waqt li jkollhom it-tfal u li jkollhom l-informazzjoni u l-mezzi biex jagħmlu dan, u d-dritt li jiksbu l-ogħla standard ta’ saħħa sesswali u riproduttiva

Additional notes and information

Jinkludi wkoll id-dritt li tieħu deċiżjonijiet dwar ir-riproduzzjoni li jkunu ħielsa mid-diskriminazzjoni, ġegħil u vjolenza, kif imniżżla fid-dokumenti dwar id-drittijiet tal-bniedem. Id-drittijiet tal-bniedem tan-nisa jinkludu id-dritt tagħhom li jkollhom kontroll fuq, u b'mod liberu u responsabbli li jiddeċiedu dwar, ħwejjeġ li jikkonċernaw is-sesswalita' tagħhom, inkluż is-saħħa sesswali u riproduttiva tagħhom, ħielsa minn kwalunkwe ġegħil, diskriminazzjoni u vjolenza. Relazzjonijiet ugwali bejn nisa u rġiel f'dak li jirrigwarda relazzjonijiet sesswali u riproduttivi, inkluż rispett sħiħ lill-integrita' tal-ġisem tal-persuna, jirrikjedu rispett reċiproku, kunsens u responsabilitajiet kondiviżi għall-imġieba sesswali u l-konsegwenzi tagħha.