Description

unjoni legali jew konswetitudinarja bejn żewġ persuni fejn tal-inqas persuna waħda minnhom hi taħt it-18-il sena

Additional notes and information

Iż-żwieġ ta' minorenni huwa interpretat mill-Kumitati CEDAW u CRC bħala forma ta' żwieġ sfurzat, peress li t-tfal – minħabba l-età tagħhom – b'mod inerenti m'għandomx l-abbiltà li jagħtu l-kunsens sħiħ, liberu u infurmat tagħhom għaż-żwieġ jew meta jsir. Skont l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem imnaqqxa fil-Konvenzjoni dwar id-drittijiet tat-tfal (CRC) u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), iż-żwieġ tat-tfal huwa forma ta' prattika ta' ħsara. Il-projbizzjoni taż-żwieġ fost dawk li huma taħt l-età ta' 18-il sena hija garanzija li r-responsabbiltajiet li jinvolvi ż-żwieġ ma jiġux assenjati jew imposti fuq tfal qabel iż-żmien jew mingħajr il-kunsens tagħhom. Bħala mod kif jiġu rrispettati l-kapaċitajiet li qed jevolvu u l-awtonomija tat-tifel/tifla fit-teħid ta' deċiżjonijiet li jaffettwaw ħajjitha/ħajtu, il-Kumitati ta' CEDAW u CRC qablu li f'ċirkustanzi eċċezzjonali, iż-żwieġ ta' tifel/tifla matur/a u kapaċi ta' mill-inqas 16-il sena jista' jkun permess, sakemm din id-deċiżjoni tittieħed minn imħallef, abbażi ta' raġunijiet leġittimi eċċezzjonali definiti mil-liġi u fuq l-evidenza tal-maturità tat-tifel/tifla, irrispetivament mill-kultura u/jew tradizzjoni. Żwieġ tat-tfal, żwieġ bikri u żwieġ furzat huma kollha termini interrelatati iżda distinti. Madanakollu, dawn ġew magħquda b'kull mod possibbli u jintużaw alternattivament mingħajr definizzjonijiet espliċiti jew tal-inqas kjarifika fuq ċertu ambigwità ma' kull tikketta. Il-Kumitati CEDAW u CRC qablu li jużaw it-terminu 'żwieġ tat-tfal' u/jew sfurzat'.