Description

forma ta' vjolenza kontra n-nisa li timplika vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet fundamentali, u in partikolari l-integrita' fiżika, is-saħħa fiżika u mentali, sesswali u riproduttiva, edukazzjoni, ħajja privata, liberta' u awtonomija. L-irġiel u s-subien li huma vittmi ta' żwieġ furzat jiffaċjaw ħafna vjolazzjonijiet simili tad-drittijiet tagħhom. La l-kultura, kostum, reliġjon, tradizzjoni u lanqas l-hekk imsejjaħ "unur" ma jiġġustifika vjolazzjonijiet bħal dawn. Il-karatteristika definittiva ta' żwieġ furzat hu n-nuqqas ta' kunsens ta' minn lanqas wieħed miż-żewġ partijiet. Żwieġ fejn (mill-anqas) wieħed mill-partijiet mhuwiex liberu li jtemm iż-żwieġ jew li t/jitlaq lil żewġha/martu hu wkoll żwieġ furzat.

Additional notes and information

Żwieġijiet furzati jistgħu jkunu mezz biex taħrab mill-faqar, speċjalment wara kunflitti armati; jistgħu jieħdu l-forma ta' żwieġijiet b'permuta jew ħlas, alleanzi maqbula bejn familji sabiex ikun hemm garanzija ta' drittijiet ta' proprjeta' jew għal skopijiet ta' immigrazzjoni, li jisforza vittma ta' stupru sabiex tiżżewweġ lill-attur, lil ħu żewġha wara li jmut jew żwieġ servili (l-għan ta' dan hu l-esplojtazzjoni).