Description

protezzjoni speċjali għan-nisa tqal u għan-nisa li jaħdmu li welldu riċentament jew li qegħdin ireddgħu biex jipprevenu deni lis-saħħa tagħhom jew tat-tfal tagħhom, u li fl-istess ħin jiżguraw li mhux se jitilfu x-xogħol tagħhom sempliċiment minħabba l-leave tat-tqala jew tal-maternità

Additional notes and information

Tali protezzjoni mhux biss tiżgura l-aċċess ugwali tal-mara għall-impjieg u tipprevjeni d-diskriminazzjoni fuq ix-xogħol; hija wkoll prerekwiżit biex tinkiseb ugwaljanza ġenwina fl-opportunità u t-trattament tan-nisa u l-irġiel fuq ix-xogħol, u tippermetti lill-ħaddiema jrabbu familji f'kundizzjonijiet ta' sigurtà. Innota li din il-forma ta' protezzjoni ma tinkludix dejjem ġenituri mhux bijoloġiċi, u lanqas ma tqis żviluppi reċenti fil-mediċina u s-soċjetà li ddiversifikaw il-modi kif wieħed isir ġenitur.