Description

L-ippjanar tas-sigurta' huwa proċess li bih vittma tista' tikkonsulta aġenziji apposta sabiex tiddiskuti t-tisħiħ tas-sigurta personali u ta' xi tfal. Nota: Trid tifforma parti minn approċċ ta' sħubija bejn professjonisti, vittmi u tfal u trid tinkludi assessjar tal-livell tar-riskju, żviluppar ta' pjan ta' kriżi u pjan għall-futur, kemm fil-qarib kif ukoll fit-tul. Il-pulizija għandhom rwol sabiex jgħinu fl-iżviluppar u s-sapport ta' pjanijiet ta' sigurta' bħala parti mill-proċess tal-immaniġġjar tar-riskji. In ġenerali, il-vittma, bl-assistenza ta' konsulent indipendenti dwar vjolenza domestika jew servizz ieħor ta' assistenza legali indipendenti,għandha tagħmel pjan ta' sigurta', ma' uffiċjali li jistgħu jikkontribwixxu għall-proċess billi jimplimentaw miżuri ta' sigurta' bħala parti minn pjan ta' mmaniġjar dwar riskji jew pjan ta' azzjoni. Dan għandu jsir b'konsultazzjoni ma' aġenziji oħra, eż. is-servizz tat-tifi tan-nar, tad-djar u servizzi tat-tfal.