Description

intrużjoni fiżika reali jew mhedda ta' natura sesswali, bl-isfurzar jew taħt kundizzjonijiet mhux ugwali jew koerċittivi

Additional notes and information

Għalkemm din id-definizzjoni hija ta' natura ġenerali, it-terminu spiss jintuża speċifikament fir-rigward tat-tfal. Skont il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament Sesswali u l-Abbuż Sesswali, l-abbuż sesswali tat-tfal jinkludi (a) atti li jinvolvu l-parteċipazzjoni f'attivitajiet sesswali ma' tfal li, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, għadhom ma laħqux l-età legali għal attività sesswali (dan ma japplikax għal attivitajiet sesswali konsenswali bejn minorenni), u (b) l-involviment f'attivitajiet sesswali ma' tfal fejn ikun hemm l-użu ta' koerzjoni, forza jew theddid, fejn ikun hemm abbuż ta' pożizzjoni rikonoxxuta ta' fiduċja, awtorità jew influwenza fuq it-tfal, inkluż fi ħdan il-familja, jew fejn ikun hemm abbuż tas-sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli tat-tfal, b'mod partikolari minħabba diżabbiltà mentali jew fiżika jew sitwazzjoni ta' dipendenza.