Description

konsultazzjoni li tgħin biex il-liġi u t-tfassil ta' politiki tal-UE jkunu trasparenti, immirati tajjeb u koerenti

Additional notes and information

Il-konsultazzjonijiet – flimkien mal-valutazzjonijiet tal-impatt, l-evalwazzjonijiet u l-għarfien espert – huma għodda ewlenija għal tfassil ta' politika infurmata u trasparenti. Dawn jgħinu biex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet jittieħdu b'rispett għall-prinċipji ta' proporzjonalità u sussidjarjetà, u li jkunu bbażati fuq evidenza u l-esperjenzi u l-opinjonijiet ta' dawk affettwati mill-politiki u involuti fl-implimentazzjoni tagħhom. Il-partijiet interessati jinkludu esperti dwar il-ġeneru, organizzazzjonijiet tan-nisa, organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili, u msieħba soċjali. Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati huma parti mill-approċċ parteċipattiv għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri. Kollaborazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati kollha f'din il-politika hija essenzjali matul iċ-ċiklu tal-politika biex ikunu kkunsidrati t-tħassib, l-aspettattivi u l-fehmiet tad-diversi gruppi fil-mira. Huwa rrakkomandat li l-opportunitajiet u l-istrutturi għall-involviment tal-partijiet interessati u l-konsultazzjonijiet magħhom huma msejsa fil-proċessi tal-politika.