Description

terminu globali biex jindika varjazzjonijiet differenti fil-karatteristiċi tal-ġisem ta’ persuna li ma jaqblux ma’ definizzjoni medika stretta ta’ mara jew raġel

Additional notes and information

Dawn il-karatteristiċi jistgħu jkunu kromożomiċi, ormonali u/jew anatomiċi, u jistgħu jkunu preżenti fi gradi differenti. Ħafna varjanti tal-karatteristiċi tas-sess jiġu identifikati immedjatament fit-twelid, jew anki qabel. Xi drabi dawn il-varjanti jsiru evidenti biss fi stadji aktar tard tal-ħajja, ħafna darbi matul il-pubertà. Filwaqt li ħafna persuni intersesswali huma f'saħħithom, perċentwali żgħir ħafna jista' jkollhom kundizzjonijiet mediċi li jistgħu jkunu ta' periklu għall-ħajja jekk ma jiġux ittrattati fil-pront.