Description

realizzazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-lingwaġġ miktub u mitkellem, miksuba meta n-nisa u l-irġiel u dawk li ma jikkonformawx mas-sistema binarja tal-ġeneri jsiru viżibbli u jiġu indirizzati fil-lingwaġġ bħala persuni ta’ valur, dinjità, integrità u rispett ugwali

Additional notes and information

L-evitar tad-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u l-ġeneru jibda bil-lingwa, billi l-użu sistematiku tat-terminoloġija influwenzata mill-ġeneru tinfluwenza l-attitudnijiet u l-aspettazzjonijiet u tista’ fil-moħħ tal-qarrej jew ta’ min qed jisma’, tpoġġi lin-nisa fl-isfond jew tgħin tipperpetwa opinjoni sterjotipata tar-rwoli tan-nisa u tal-irġiel. Hemm numru ta’ strateġiji differenti li jistgħu jintużaw biex jiġu espressi r-relazzjonijiet bejn il-ġeneri b’mod preċiż, bħall-evitar, sa fejn huwa possibbli, tal-użu ta’ lingwa li tirreferi b’mod espliċitu jew impliċitu għal ġeneru wieħed biss, u billi jiġi żgurat, permezz ta’ alternattivi inklużjonari u skont il-karatteristiċi ta’ kull lingwa, l-użu ta’ lingwa sensittiva għall-ġeneru u inklużiva.