Description

servizz telefoniku pprovdut speċifikament biex iservi biss, jew predominantement, lin-nisa li jkunu ħarġu minn vjolenza

Additional notes and information

L-istandards stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fir-rigward tan-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) jipprovdu li helpline tan-nisa jenħtieġ li topera 24/7, jenħtieġ li tkun mingħajr ħlas, jenħtieġ li tagħti lil min iċempel parir b'mod kunfidenzjali jew b'attenzjoni għall-anonimità tagħhom, u jenħtieġ li sservi lill-vittmi tal-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa. Il-helpline tan-nisa jenħtieġ li topera fil-livell nazzjonali u tipprovdi appoġġ adegwat lin-nisa mir-reġjuni kollha; dan ifisser li l-persunal jenħtieġlu jkun imħarreġ kif xieraq, ikollu ħiliet effettivi tal-komunikazzjoni, u jkollu għarfien tajjeb dwar is-sitwazzjonijiet reġjonali u d-dispożizzjonijiet kollha rilevanti.