Description

mara li ġiet soġġetta għal vjolenza bbażata fuq is-sess

Additional notes and information

Fir-rigward tal-vjolenza kontra n-nisa. Terminu li jintuża spiss flok it-terminu aktar konvenzjonali 'vittma'. It-terminu superstitu jista' madankollu, ikun qarrieqi meta jintuża għal mara li tkun ġiet stuprata, peress li dan jista' jimplika li l-azzjonijiet tagħha setgħu għamlu differenza u għalhekk ikun konsistenti mal-għoti tat-tort lill-vittma. Minkejja d-diskussjoni kurrenti dwar it-terminu 'vittma' u 'superstitu' - għall-finijiet ta' ċarezza u konsistenza - fid-definizzjonijiet kollha fil-Glossarju tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi relatati mal-vjolenza bbażata fuq is-sessi nużaw it-terminu 'vittma' peress li l-istess terminu jintuża f'sorsi Ewropej u internazzjonali.