Description

vjolenza abbażi ta' ġeneru li tkun saret permezz ta' komunikazzjoni elettronika u l-internet

Additional notes and information

Għalkemm il-vjolenza ċibernetika tista' taffwetwa kemm lin-nisa kif ukoll lill-irġiel, in-nisa u l-bniet jesperjenzaw forom aktar trawmatiċi ta' vjolenza ċibernetika. Hemm forom varji ta' vjolenza ċibernetika kontra n-nisa u l-bniet, inkluż iżda mhux limitat għal segwiment ta' persuna bil-moħbi b'mod ċibernetiku, pornografija mhux konsenswali (jew pornografija ta' tpattija), metodi abbażi tal-ġeneru, diskors ta' mibgħeda u fastidjar, "slut shaming", pornografija mhux mitluba, "sextortion", theddid ta' stupru jew tal-mewt, u traffiku faċilitat elettronikament. Il-vjolenza ċibernetika mhux fenomenu separat mill- vjolenza tad-"dinja reali", għax ħafna drabi timxi fuq l-istess xejra "offline".