Description

statistika li tirrifletti b’mod adegwat id-differenzi u l-inugwaljanzi fis-sitwazzjoni tan-nisa u tal-irġiel fl-oqsma kollha tal-ħajja

Additional notes and information

L-istatistika tal-ġeneri hija ddefinita mis-somma tal-karatteristiċi li ġejjin: (a) id-data tinġabar u tiġi ppreżentata diżaggregata skont is-sessi bħala klassifikazzjoni primarja u ġenerali; (b) id-data tirrifletti l-kwistjonijiet tal-ġeneru – il-mistoqsijiet, il-problemi u t-tħassib relatati mal-aspetti kollha tal-ħajja tan-nisa u tal-irġiel, inklużi l-ħtiġijiet, l-opportunitajiet jew il-kontribuzzjonijiet speċifiċi tagħhom lis-soċjetà; (c) id-data hija bbażata fuq kunċetti u definizzjonijiet li jirriflettu b’mod adegwat id-diversità tan-nisa u tal-irġiel u turi l-aspetti kollha tal-ħajja tagħhom; u (d) il-metodi tal-ġbir tad-data jikkunsidraw l-isterjotipi u l-fatturi soċjali u kulturali li jistgħu jwasslu għal preġudizzju kontra l-ġeneru.