Description

evalwazzjoni ta’ kemm l-ugwaljanza fis-sessi hija effettivament istituzzjonalizzata fil-politiki, programmi, strutturi organizzazzjonali u proċedimenti, inkluż il-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni u f’baġits korrispondenti.

Additional notes and information

Verifika dwar is-sessi tikkunsidra, normalment b'mod parteċipatorju, jekk il-prattiki interni u s-sistemi ta' appoġġ relatati għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi humiex effettivi u jsaħħux lil xulxin, u jekk humiex qed jiġu segwiti. Din tistabbilixxi linja bażi, tidentifika lakuni u sfidi kritiċi, u tirrakkomanda modi kif jiġu indirizzati, u tissuġġerixxi titjib u innovazzjonijiet possibbli. Tiddikjara wkoll prattiki tajbin lejn il-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Verifika dwar is-sessi ssaħħaħ il-kapaċità kollettiva tal-organizzazzjoni biex teżamina l-attivitajiet tagħha minn perspettiva tal-ġeneru u tidentifika punti tajbin u dgħufijiet fil-promozzjoni ta' kwistjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi.