Description

vjolenza li jesperjenzaw in-nisa u l-bniet waqt konflitt armat, li tvarja minn vjolenza fiżika sa sesswali sa psikoloġika kemm mill-istat kif ukoll minn atturi mhux statali inkluż omiċidju, qtil illegali, tortura u trattament jew piena oħrajn krudili, inumani jew degradanti, ħtif ta’ persuna, immankar u mutilazzjoni, reklutaġġ sfurzat ta’ suldati nisa, stupru, skjavitù sesswali, sfruttament sesswali, għajbien involontarju, detenzjoni arbitrarja, żwieġ sfurzat, prostituzzjoni sfurzata, abort sfurzat, tqala kostretta u sterilizzazzjoni sfurzata

Additional notes and information

Il-vjolenza sesswali ġiet użata f'kunflitti armati għar-raġunijet differenti, inkuż bħala forma ta' tortura, sabiex iweġġgħu, sabiex tittieħed informazzjoni, sabiex tiddegrada u tintimida, u sabiex tkisser kumunitajiet. L-istupru tan-nisa ġie użat sabiex l-opponenti jiġu umiljati, sabiex komunitajiet u gruppi jiġu mkeċċija mill-art u sabiex l-HIV tiġi mxerrda b'mod voluntarju. In-nisa ġew furzati jagħmlu xogħol ta' skjavitu' sesswali u domestiku. Nisa ġew maħtufa u mbagħad imġiegħla jservu bħala n-"nisa" bħala premju lill-ġellieda.