Additional notes and information

Il-preferenza għal dan it-terminu kienet parzjalment dovuta għan-nuqqas ta' sodisfazzjon bl-assoċjazzjoni negattiva marbuta mat-terminu 'mutilazzjoni' u xi evidenza li l-użu ta' dik il-kelma kienet qed tbiegħed lill-komunitajiet prattikanti u forsi tfixkel il-proċess ta' bidla soċjali għall-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili. Madankollu, sabiex jinqabad is-sinifikat tat-terminu 'mutilazzjoni' u tingħata importanza lis-severità ta' dan il-fenomenu fil-livell tal-politika, filwaqt li, fl-istess ħin, tintuża terminoloġija li tiġġudika inqas lill-komunitajiet rattikanti, l-espressjoni 'mutilazzjoni/qtugħ tal-ġenitali femminili' tintuża mill-Unicef u mill-UNFPA.