Description

servizzi jew programmi li għandhom l-għan li jiżguraw li l-koppji u l-individwi huma kapaċi jiddeċiedu liberament u b’mod responsabbli n-numru ta' tfal u meta jixtiequ jkollhom it-tfal, li għandhom l-informazzjoni u l-mezzi biex jagħmlu dan, li jsiru għażliet infurmati u li jkun hemm firxa sħiħa ta’ metodi sikuri u effettivi disponibbli

Additional notes and information

Il-programmi tal-ippjanar tal-familja ta' spiss joffru kontraċettivi sabiex jipprevjenu l-fertilità u jippromwovu metodi ta' ppjanar ta' spazju bejn tarbija u oħra sabiex jipproteġu kemm is-saħħa tal-ommijiet kif ukoll tat-trabi. Il-programmi tal-ippjanar tal-familja jridu jkunu bbażati fuq il-prinċipju ta' għażla ħielsa infurmata.