Description

diskriminazzjoni li sseħħ meta dispożizzjoni, kriterju jew prattika apparentement newtrali ser tpoġġi persuni ta’ sess minnhom fi żvantaġġ partikolari komparati ma’ persuni tas-sess l-ieħor, sakemm dik id-dispożizzjoni, kriterju jew prattika ma tkunx ġustifikata oġġettivament minn mira leġittima, u l-modi kif tintlaħħaq din il-mira jkunu xierqa u neċessarji

Additional notes and information

Il-kunċett jiffoka fuq l-effett ta' regola jew prattika u jikkunsidra r-realtajiet soċjali ta' kuljum. Id-diskriminazzjoni indiretta sseħħ meta liġi, politika jew programm ma jidhirx li huwa diskriminatorju, iżda għandu effett diskriminatorju meta jiġi implimentat. Dan jista’ jseħħ, pereżempju, meta n-nisa jkunu żvantaġġjati mqabbla mal-irġiel fir-rigward tal-godiment ta’ opportunità jew benefiċċju partikolari minħabba inugwaljanzi li kienu jeżistu minn qabel. L-applikazzjoni ta’ liġi newtrali għall-ġeneru tista’ tħalli l-inugwaljanza eżistenti fis-seħħ, jew anke taggravaha.