Description

perspettiva li tqis id-differenzi bbażati fuq il-ġeneru meta tħares lejn kwalunkwe fenomenu soċjali, politika jew proċess

Additional notes and information

Il-perspettiv tal-ġeneru jiffoka b'mod partikolari fuq id-differenzi bbażati fuq il-ġeneru bejn l-istatus u l-poter, u jqis kif diskriminazzjoni bħal din tifforma l-ħtiġijiet immedjati, kif ukoll l-interessi fit-tul, tan-nisa u l-irġiel. F'kuntest ta' politika, it-teħid tal-perspettiva tal-ġeneru huwa strateġija biex it-tħassib u l-esperjenzi tan-nisa kif ukoll tal-irġiel isiru dimensjoni integrali tat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki u l-programmi fl-isferi kollha politiċi, ekonomiċi u soċjetali, sabiex in-nisa u l-irġiel ikunu jistgħu jibbenefikaw b'mod ugwali u l-inugwaljanza ma tiġix perpetwata.