Description

prinċipju tal-liġi internazzjonali li jistipula li d-diliġenza dovuta fil-prevenzjoni u fl-investigazzjoni ta’ vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, tipprovdi protezzjoni lill-vittmi, tikkastiga lill-awturi u tikkumpensa lill-vittma għal vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem

Additional notes and information

L-obbligu jestendi mhux biss għall-prevenzjoni tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem mill-Istat u mill-aġenti tiegħu, iżda wkoll għall-prevenzjoni tagħhom mis-settur privat jew, b'mod aktar sinifikanti għan-nisa, miċ-ċittadini privati. Fl-imgħoddi, l-Istati kellhom it-tendenza li jadottaw attitudni passiva meta jiġu kkonfrontati b'każijiet ta' ksur tad-drittijiet tan-nisa minn atturi privati. Il-bażi legali li tirrikjedi 'diliġenza dovuta' hija b'hekk ankrata f'erba' deċennji ta' trattati, konvenzjonijiet u ġurisprudenza internazzjonali.