Description

kwalunkwe forma ta’ vjolenza fiżika, sesswali jew psikoloġika li tqiegħed is-sikurezza u l-benesseri tal-membru tal-familja f’riskju u/jew l-użu ta’ forza fiżika jew emozzjonali jew theddid ta’ forza fiżika, inkluż vjolenza sesswali, fi ħdan il-familja jew l-unità domestika

Additional notes and information

Jinkludi abbuż tat-tfal, inċest, swat tan-nisa u abbuż sesswali jew abbuż ieħor ta' kwalunkwe membru tal-familja. Il-vjolenza fil-familja u l-vjolenza domestika ta' spiss jintużaw b'mod interkambjabbli mingħajr ebda differenza speċifika fid-definizzjonijiet tagħhom. Madankollu, f'ħafna pajjiżi Ewropej, il-vjolenza domestika tiġi tradotta fil-lingwi nazzjonali tagħhom u definita fil-liġijiet tagħhom bħala vjolenza fil-familja. Dan il-fatt jista' jagħmel il-protezzjoni u l-appoġġ lin-nisa vittmi tal-vjolenza domestika dipendenti fuq id-definizzjoni ta' familja, li tista' ma tirrikonoxxix il-forom diversi kollha ta' familji.