Description

diskriminazzjoni fejn persuna waħda hi trattata inqas tajjeb minħabba s-sess, l-età, in-nazzjonalità, ir-razza, l-etniċità, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-saħħa, id-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità sesswali, minn kif inhi, kif kienet jew kif se tkun trattata persuna oħra f’sitwazzjoni komparabbli

Additional notes and information

Anke jekk din id-definizzjoni tissuġġerixxi li persuna li hija trattata b'mod inqas favorevoli għandha titqabbel ma' persuna oħra li hija f'sitwazzjoni komparabbli, il-każistika tal-Qrati Ewropej (magħmula minn ġudizzji tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea) tindika li meta persuna titqiegħed fi żvantaġġ minħabba li kienet mara jew raġel, dan jikkonstitwixxi diskriminazzjoni u l-idea ta' sitwazzjoni komparabbli mhijiex meħtieġa. Trattament inqas favorevoli ta' mara fuq bażi ta' tqala jew liv tal-maternità huwa diskriminazzjoni diretta kontra n-nisa.