Description

Definizzjoni ġenerali Kwalunkwe penetrazzjoni vaġinali, anali jew orali mhux kunsenswali tal-ġisem ta’ persuna oħra fejn il-penetrazzjoni tkun ta’ natura sesswali, permezz ta’ xi parti tal-ġisem jew permezz ta’ oġġet. Il-kunsens irid jingħata b'mod voluntarju riżultat tar-rieda libera tal-persuna, skont assessjar taċ-ċirkustanzi li jiċċurkondawha. Definizzjoni Statistika Penetrazzjoni sesswali, vaġinali, anali jew orali, bl-użu ta' oġġett jew partijiet tal-ġisem, mingħajr kunsens,bl-użu ta' forza, sfurzar, jew billi tapprofitta ruħek mill-vulnerabilita' tal-vittma.

Additional notes and information

Il-ġegħil ta' persuna oħra tipparteċipa f’atti mhux kunsenswali ta’ natura sesswali ma’ persuna terza huwa wkoll ikkunsidrat bħala stupru. Il-kunsens jirreferi għall-qbil volontarju bħala riżultat tal-volontà libera ta’ persuna. Meta l-vittma tkun tifel/tifla taħt l-età ddefinita fil-liġi nazzjonali bħala l-età tal-kunsens, l-attività sesswali miegħu jew magħha tikkostitwixxi stupru. F’reġimi legali internazzjonali, l-istupru huwa konċeput bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa (Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 48/104 ibbażata fuq id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti); bħala forma ta’ tortura (il-prattika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ibbażata fuq il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem); bħala delitt tal-gwerra (L-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali); u bħala forma ta’ diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa (Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni fir-rigward tan-Nisa, Rakkomandazzjoni Ġenerali tal-Kumitat ta’ CEDAW Nru 19).