Description

ksur tad-drittijiet tal-bniedem u forma ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa inkluż kull att ta’ vjolenza minħabba l-ġeneru li jirriżulta, jew x’aktarx li se jirriżulta, fi ħsara fiżika, sesswali, psikoloġika jew ekonomika lin-nisa jew tbatija, inkluż theddid ta’ atti bħal dawn, ġegħil, jew ċaħda arbitrarja tal-libertà, sew jekk fil-pubbliku u sew jekk fil-ħajja privata.

Additional notes and information

Forom u manifestazzjonijiet ta' vjolenzja kontra n-nisa huma msawra minn normi soċjali u kulturali kif ukoll mid-dinamiċi ta' kull sistema ekonomika u politika. Fatturi bħar-razza jew oriġini etnika, kasti, klassi, status ta' migranta jew refuġjata, eta', reliġjon, orjentazzjoni sesswali, stat ċivili, stat ta' diżabilita' jew HIV jinfluwenzaw il-forom ta' vjolenzja li jgħaddu minnhom u kif jesperjenzawha. Ġeneralment, id-definizjonijiet u deskrizzjonijiet tal-vjolenza kontra n-nisa jenfażizzaw li din it-tip ta' vjolenza hi bbażata fuq il-ġeneru; għalhekk, il-kunċetti "vjolenza kontra n-nisa" u "vjolenza abbażi tal-ġeneru" huma ħafna drabi wżati b'mod sinonimu. F'uħud mit-termini, l-espressjoni "kontra n-nisa" hi wżata sabiex tagħti generu lill-vittmi. Kunċetti oħra bħal 'vjolenza tal-irġiel kontra n-nisa’, jaħtu ġeneru liż-żewġ atturi u l-vittmi sabiex jevitaw n-newtralita' fejn jidħol il-ġeneru.