Description

nisa ta’ kull età li huma involuti fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha, u l-persuni kollha li huma involuti fid-difiża tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jew individwalment jew flimkien ma’ oħrajn. In-nisa impenjati fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem (WHRDs) jaġixxu taħt il-protezzjoni tad-Dikjarazzjoni dwar id-Dritt u r-Responsabbiltà ta’ Individwi, Gruppi u Organi tas-Soċjetà li Jippromwovu u Jħarsu d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali Rikonoxxuti Universalment, magħrufa wkoll bħala d-Dikjarazzjoni dwar Persuni Impenjati fid-Difiża tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1999

Additional notes and information

Id-WHRDs jiffaċċjaw l-istess tipi ta’ riskji bħad-difensuri kollha li jaħdmu favur il-ħarsien tad-drittijiet tal-persuni, tal-komunitajiet u tal-ambjent, iżda minbarra dan, bħala nisa huma esposti għal riskji marbuta mas-sess tagħhom u huma l-mira ta’ vjolenza sessista. Dan jista’ jkun dovut għall-fatt li d-WHRDs huma pperċepiti bħala li huma kontra n-normi, it-tradizzjonijiet u l-isterjotipi soċjokulturali aċċettati dwar il-femminilità u r-rwol u l-istatus tan-nisa fis-soċjetà. Il-ħidma tagħhom spiss titqies bħala waħda li tisfida l-kunċetti tradizzjonali tal-familja.