Description

Grupp ta’ persuni li jesperjenzaw riskju akbar ta’ faqar, ta’ esklużjoni soċjali, ta’ diskriminazzjoni u ta’ vjolenza mill-popolazzjoni ġenerali, inkluż, iżda mhux limitat għal minoritajiet etniċi, għall-immigranti, għall-persuni b’diżbilità, għax-xjuħ iżolati u għat-tfal

Additional notes and information

Din tista' sseħħ permezz ta' atti li jwasslu sabiex, jew li jkollhom l-effett li, in-nisa jiġu mċaħħda milli jeżerċitaw dritt minħabba nuqqas ta' rikonoxximent ta' żvantaġġi u inugwaljanza abbażi ta' sess li kienu jeżistu qabel, li jiffaċċjaw in-nisa (diskriminazzjoni indiretta jew mhux intenzjonata) u permezz tal-ommissjonijiet tal-atti, jiġifieri n-nuqqas li jieħdu l-miżuri leġiżlattivi neċessarji sabiex jiżguraw li d-drittijiet tan-nisa jiġu rrealizzati bis-sħiħ, in-nuqqas li jadottaw u jimplimentaw politiki nazzjonali mmirati biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u n-nuqqas li jinfurzaw il-liġijiet rilevanti.