Description

żwieġ ta' individwi li l-livell ta' żvilupp fiżiku, emozzjonali, sesswali u psikosoċjali tagħhom ma jippermettilhomx li jagħtu l-kunsens liberu u sħiħ għaż-żwieġ

Additional notes and information

Ħafna riżoluzzjonijiet u rapporti tan-Nazzjonijiet Uniti jużaw 'żwieġ kmieni' u 'żwieġ tat-tfal' b'mod interkambjabbli, mingħajr ebda distinzjoni notevoli. Oħrajn jużaw il-frażi 'żwieġ kmieni, inkluż żwieġ tat-tfal', li timplika li ż-żwieġ kmieni jinkludi ż-żwieġ tat-tfal, iżda jinkludi wkoll sitwazzjonijiet li ma jikkwalifikawx bħala żwieġ tat-tfal, bħal żwiġijiet li fihom wieħed mill-konjuġi jew iż-żewġ konjuġi jkunu taħt l-età ta' 18-il sena, iżda jkunu kisbu stat ta' età maġġuri skont il-liġijiet tal-Istat.