Description

drittijiet u obbligi tal-ġenituri lejn it-tfal tagħhom

Additional notes and information

Il-ġenituri, bl-għan li jappoġġjaw it-tkabbir b’saħħithom tat-tfal, l-iżvilupp personali armonjuż u l-kapaċità li jgħixu ħajja indipendenti u jkollhom karriera, għandhom id-dritt u l-obbligu li jieħdu ħsieb il-ħajja, l-iżvilupp personali, id-drittijiet u l-benefiċċji tat-tfal tagħhom. Għalhekk, id-drittijiet tal-ġenituri jirriflettu wkoll id-drittijiet tat-tifel/tifla bħala bniedem. Id-drittijiet tal-ġenituri qatt m’għandhom imorru kontra d-drittijiet tal-bniedem bażiċi ta’ tifel/tifla, kif irregolati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali. L-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem jiddikjara d-drittijiet kollha tat-tfal fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Id-drittijiet tal-ġenituri jingħataw liż-żewġ ġenituri. Dan it-terminu ssir referenza għalih ukoll bħala ‘responsabbiltà tal-ġenituri’.