Description

serje ta’ attivitajiet li għandhom l-għan li jsaħħu l-ħiliet u l-għarfien tan-nies fuq kwistjoni partikolari, bħall-ugwaljanza bejn is-sessi

Additional notes and information

Varjetà ta' attivitajiet jistgħu jkunu organizzati sabiex ikunu żżviluppati kompetenzi tal-ġeneri, bħal inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni, taħriġ u kkowċjar. Żvilupp tal-kompetenzi jista' jseħħ f'għadd ta' stadji taċ-ċiklu tal-politika. Apparti li jtejjeb il-ħiliet, kuxjenza u għarfien tan-nies, jista' jkollu wkoll impatt pożittiv fuq l-interess u impenn tagħhom għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri. L-iżvilupp tal-kompetenza jista' jinkludi firxa wiesgħa ta' għodod u proċessi edukattivi differenti bħal: avvenimenti ta' taħriġ wiċċ imb'wiċċ u korsijiet ta' studju; taħriġ għall-persunal; moduli online; materjali ta' gwida u ġabriet ta' riżorsi; arranġamenti ta' konsulenza; u netwerks għall-iskambjar ta' għarfien.