Description

organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, xogħol part-time, sahra u xogħol bil-lejl b’mod flessibbli

Additional notes and information

Il-formuli tal-ħin tax-xogħol joffru firxa ta' possibbiltajiet fir-rigward tan-numru ta' sigħat maħduma u l-arranġamenti ta' rosters, xiftijiet jew skedi tax-xogħol skont il-jum, il-ġimgħa, ix-xahar jew is-sena. Ix-xogħol ta' xiftijiet, is-sigħat mhux tas-soltu u s-sahra jistgħu jitqiesu bħala eżempji ta' arranġamenti ta' ħin tax-xogħol flessibbli ċċentrati fuq min iħaddem; bil-maqlub, skemi tal-leave għal affarijiet tal-familja, eż. il-possibbiltà li jvarjaw il-bidu u/jew it-tmiem tal-ġurnata tax-xogħol u l-possibbiltà li jiġi organizzat ħin tax-xogħol sabiex ma jaħdmux għal ġranet sħaħ għal raġunijiet familjari, mingħajr ma jużaw il-vaganzi, huma eżempji ta' arranġamenti ta' ħin tax-xogħol iċċentrat fuq l-impjegat, jew arranġamenti biex isostnu l-bilanċ bejn xogħol u familja. Il-flessibilità fil-ħin tax-xogħol tista' titqies bħala kontribut għall-ugwaljanza bejn is-sessi għaliex tgħin lill-individwi biex iżommu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. Madankollu, iġġib ukoll żvantaġġi, bħall-konċentrazzjoni tan-nisa f'xogħol part-time bi ħlas baxx, bi ftit jew xejn taħriġ jew opportunitajiet ta' karriera disponibbli.