Description

normi soċjali u komportamentali li, fi ħdan kultura speċifika, jitqiesu b’mod wiesa’ bħala soċjalment xierqa għal individwi ta’ sess partikolari

Additional notes and information

Kollettivament, ir-rwoli tal-ġeneri ħafna drabi jiddeterminaw ir-responsabbiltajiet tradizzjonali u l-kompiti assenjati lin-nisa, lill-irġiel, lil-bniet u lis-subien (bħad-diviżjoni tax-xogħol bejn il-ġeneri). Ir-rwoli speċifiċi għall-ġeneru ħafna drabi huma kkundizzjonati mill-istruttura tal-unità domestika, l-aċċess għar-riżorsi, l-impatti speċifiċi tal-ekonomija globali, l-okkorrenza ta’ konflitt jew diżastru, u fatturi oħra rilevanti lokalment bħall-kundizzjonijiet ekoloġiċi. Bħall-ġeneru stess, ir-rwoli tal-ġeneri jistgħu jevolvu maż-żmien, b’mod partikolari permezz tal-għoti tal-poter lin-nisa u t-trasformazzjoni tal-maskulinitajiet.