Description

modi li bihom il-ġeneru jsawwar id-distribuzzjonijiet tal-poter fil-livelli kollha tas-soċjetà

Additional notes and information

Waħda mix-xejriet l-iktar persistenti fid-distribuzzjoni tal-poter hija dik tal-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel. Is-sett ta' rwoli, imġibiet u attitudnijiet li s-soċjetajiet jiddefinixxu bħala xierqa għan-nisa u l-irġiel ("ġeneru") jistgħu jkunu l-kawża, il-konsegwenza u l-mekkaniżmu tar-relazzjonijiet tal-poter, mill-isfera intima tal-unità domestika sal-ogħla livelli ta' teħid ta' deċiżjonijiet politiċi. Strutturi usa' u l-istituzzjonijiet ukoll jistgħu jifformaw id-distribuzzjoni tal-poter billi jirrinforzaw u jistrieħu fuq ir-rwoli tal-ġeneru.