Description

miżuri mmirati lejn grupp partikolari u maħsuba biex jeliminaw u jipprevjenu d-diskriminazzjoni jew biex ipattu għal żvantaġġi kkawżati minn attitudnijiet, mġiba u strutturi eżistenti

Additional notes and information

Azzjoni speċifika għandha l-għan li tiffavorixxi l-aċċess minn membri ta' ċerti kategoriji ta' nies, f'dan il-każ partikolari, in-nisa, għal drittijiet li huma garantiti lilhom, bl-istess mod bħal membri ta' kategoriji oħra, f'dan il-każ partikolari, l-irġiel. Flimkien mal-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi, azzjoni speċifika hija waħda miż-żewġ approċċi għall-ugwaljanza bejn is-sessi implimentata mill-Unjoni Ewropea.