Description

azzjoni mmirata biex jiġi ffavorit l-aċċess ta’ membri ta’ ċerti kategoriji ta’ persuni, f’dan il-każ partikolari n-nisa, għal drittijiet garantiti, bl-istess mod bħall-membri ta’ kategoriji oħra, f’dan il-każ partikolari, l-irġiel

Additional notes and information

F’xi każijiet, ir-raġuni li d-diskriminazzjoni tinstab li sseħħ hi minħabba l-fatt li l-istess regola tiġi applikata lil kulħadd mingħajr ma jiġu kkunsidrati differenzi rilevanti. Sabiex tiġi rrimedjata u evitata din it-tip ta’ sitwazzjoni, il-gvernijiet, l-impjegaturi u l-fornituri ta’ servizz għandhom jiżguraw li jieħdu passi biex jaġġustaw ir-regoli u l-prattiki ħalli jiġu kkunsidrati tali differenzi – jiġifieri, għandhom jagħmlu xi ħaġa biex jaġġustaw il-politiki u l-miżuri attwali. Il-kunċett ta’ miżura pożittiva normalment fil-liġi internazzjonali ssir referenza għalih bħala ‘miżuri speċjali’. Tali miżuri jiġu deskritti f’termini differenti, li jista’ jkollhom ukoll tifsiriet u interpretazzjonijiet differenti f’kuntesti nazzjonali u oqsma tal-applikabbiltà tagħhom differenti. It-termini l-aktar magħrufa huma: azzjoni affermattiva jew miżuri affermattivi; azzjoni pożittiva; trattament preferenzjali; miżuri speċjali; azzjoni speċifika; diskriminazzjoni inversa; u diskriminazzjoni pożittiva.