Description

korp li għandu l-mandat li jippromwovi, janalizza, jimmonitorja u jappoġġja t-trattament ugwali fil-kuntest nazzjonali

Additional notes and information

Dawn il-korpi jistgħu jifformaw parti mill-aġenziji b'responsabbiltajiet fil-livell nazzjonali sabiex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem jew jissalvagwardjaw drittijiet individwali. Il-korpi ta' ugwaljanza għandhom il-kompetenza li (a) jipprovdu assistenza indipendenti lill-vittmi ta' diskriminazzjoni sabiex isegwu l-ilmenti ta' diskriminazzjoni tagħhom, (b) iwettqu stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni u jippubblikaw rapporti indipendenti, u (ċ) jagħmlu rakkomandazzjonijiet fuq kwalunkwe kwistjoni relatata ma' tali diskriminazzjoni. Huma jista' jkollhom mandat relattivament speċifiku relatat mad-diskriminazzjoni abbażi ta' sess u ġeneru, jew mandat usa' sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni fuq firxa ta' raġunijiet, inklużi l-età, diżabilità, is-sess u l-ġeneru, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru.