Description

prattiċi persistenti u komportament li huma msejsa fuq diskriminazzjoni abbażi ta' sess, ġeneru, eta' u bażijiet oħra kif ukoll diskriminazzjoni multipla u/jew forom ta' diskriminazzjoni "intersecting" li ħafna drabi tinvolvi vjolenza u tikkawża ħsara fiżika u/jew psikoloġika u sofferenza.

Additional notes and information

Il-ħsara li dawn il-prattiki jikkawżaw lill-vittmi imorru lilhinn mill-konsegwenzi fiżiċi u mentali immedjati u ħafna drabi ikollhpm l-għan jew l-effett li jdagħjfu l-għarfien, t-tgawdija u li jiġu eżerċitati d-drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali tan-nisa u t-tfal. Ikun hemm ukoll impatt negattiv fuq id-dinjita', fiżika, psikosoċjali u integrita' morali u żvilupp, parteċipazzjoni, saħħa, edukazzjoni,u l-istat ekonomiku u soċjali. Sabiex ikunu ta' ħsara, il-prattiċi irid ikollhom dawn il-kriterji: a. Jikkostiwixxu ċaħda tad-dinjita' u/jew integrita' tal-individwu u vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali stabbiliti fiż-żewġ konvenzjonijiet. b.Jikkostitwixxu diskriminazzjoni kontra n-nisa jew it-tfal u jkunu ta' ħsara għax iwasslu għal konsegwenzi negattivi għalihom bħala individwi jew gruppi, inkluż ħsara fiżika, psikoloġika, ekonomika u soċjali, u/jew vjolenza u limitazzjonijiet fuq il-kapaċita' tagħhom li jilħqu il-potenzjal kollu tagħhom; c. Ikunu prattiċi tradizzjonali, li jerġgħu joħorġu jew joħorġu u li jkunu preskritti u/jew miżmuma permezz ta' normi soċjali li jipperpetraw id-dominanza maskili u l-inugwaljanza tan-nisa u tfal, ibbażata fuq sess, generu, eta' u fatturi oħra intersettorali; d. Huma imposti fuq nisa u tfal mill-familja, membri tal-komunita', jew is-soċjeta' inġenerali, indipendentement minn jekk il-vittma tat jew tista' tagħti kunsens sħiħ, liberu u infurmat.