Description

grupp ta’ ċittadini li jopera mingħajr skop ta’ qligħ u fuq bażi volontarja, prinċipalment indipendenti mill-gvern, li huwa organizzat fuq livell lokali, nazzjonali jew internazzjonali bil-għan li jiġu indirizzati kwistjonijiet b'sostenn tal-ġid pubbliku

Additional notes and information

L-NGOs huma rrikonoxxuti bħala atturi ewlenin tat-tielet settur fi ħdan il-pajsaġġi ta' żvilupp, drittijiet tal-bniedem, azzjoni umanitarja, ugwaljanza bejn is-sessi, l-ambjent, u ħafna oqsma oħra ta' azzjoni pubblika. L-NGOs tan-nisa huma magħrufa l-aktar għal żewġ tipi differenti, iżda ħafna drabi interrelatati, ta' attività: il-provvista ta' servizzi lil nisa fil-bżonn, u l-organizzazzjoni ta' promozzjoni u kampanji pubbliċi għal politika bl-iskop tat-trasformazzjoni soċjali meħtieġa biex tinkiseb ugwaljanza bejn is-sessi. L-NGOs huma attivi wkoll f’firxa wiesgħa ta’ rwoli speċjalizzati oħra, bħall-bini ta’ demokrazija ta’ parità, is-solvien tal-konflitti, l-analiżi tal-politika, ir-riċerka, u l-għoti tal-informazzjoni. L-NGOs huma msieħba essenzjali tal-gvernijiet fit-tentattiv li tintlaħaq ugwaljanza bejn il-ġeneri. Billi jippreżentaw il-fehmiet tal-membri tagħhom dwar kwistjonijiet rilevanti għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jagħmlu proposti jew suġġerimenti, jikkooperaw fuq proġetti speċifiċi, jagħmlu riċerka dwar kwistjonijiet sostantivi, jew, fil-kuntest tal-midja, jagħtu viżibbiltà u leġittimità lil kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-NGOs għandhom rwol fil-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, rwol li għandu jiġi apprezzat u mħeġġeġ mill-istati.