Description

disa’ xhur li matulhom mara ġġorr embriju jew fetu li qed jiżviluppa fil-ġisem tagħha

Additional notes and information

Matul it-tqala, kemm il-mara kif ukoll it-tifel/tifla tagħha li qed jiżviluppaw jistgħu jaffaċċjaw diversi riskji għas-saħħa. Disturbi u kumplikazzjonijiet relatati mat-tqala, li jistgħu jirriżultaw f’nuqqas ta’ kapaċità li taħdem, jifformaw parti mir-riskji inerenti għat-tqala u trattament inqas favorevoli fuq dik il-bażi, jew forsi saħansitra tkeċċija, jammonta għal diskriminazzjoni diretta kontra n-nisa. Filwaqt li fil-passat, drittijiet bħal dawn kienu meqjusin bħala eċċezzjoni għall-prinċipju tat-trattament indaqs, illum il-ġurnata, minflok, huma meqjusa bħala mezz biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali tan-nisa u l-irġiel, rigward kemm l-aċċess għall-impjieg kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol. Filfatt, għandhom l-għan li jakkomodaw id-differenza bijoloġika ewlenija bejn in-nisa u l-irġiel.