Description

korpi mandati biex jippromovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u jappoġġjaw l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki ġenerali fl-oqsma kollha, li ġeneralment jikkonsistu fil-korp ċentrali tal-gvern ikkumplimentat bi struttura interministerjali li tikkoordina l-istruttura tal-integrazzjoni tal-ġeneri u persuni ta’ kuntatt jew punti fokali responsabbli għall-integrazzjoni tal-ġeneri fil-ministeri

Additional notes and information

L-istruttura kumplessiva tista' tinkludi korpi f'diversi livelli ta' governanza – nazzjonali, reġjonali u lokali – u istituzzjonijiet oħra tal-Istat lil hinn minn gvernijiet, b'mod partikolari fil-livell parlamentari, kif ukoll aġenziji indipendenti u korpi oħra, bħal korpi tal-ugwaljanza bejn is-sessi u/jew ombudsmen, li jistgħu jkunu speċifiċi għall-ugwaljanza bejn is-sessi jew aktar ġenerali fin-natura tagħhom, b'kompetenza biex jirċievu u janalizzaw ilmenti li jikkonċernaw diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u l-ġeneru.