Description

id-drittijiet ugwali, ir-responsabbiltajiet u l-opportunitajiet tan-nisa u l-irġiel u tal-bniet u s-subien

Additional notes and information

L-ugwaljanza ma tfissirx li n-nisa u l-irġiel se jsiru l-istess iżda li d-drittijiet, ir-responsabbiltajiet u opportunitajiet tan-nisa u l-irġiel ma jiddependux minn jekk twildux mara jew raġel. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri timplika li l-interessi, ħtiġijiet u prijoritajiet ta' kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel jiġu kkunsidrati, u b'hekk tkun rikonoxxuta d-diversità ta' gruppi differenti ta' nisa u rġiel. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri mhijiex kwistjoni tan-nisa iżda għandha tikkonċerna u tinvolvi bis-sħiħ l-irġiel kif ukoll in-nisa. L-ugwaljanza bejn nisa u rġiel hija meqjusa kemm bħala kwistjoni ta' drittijiet tal-bniedem kif ukoll bħala prekundizzjoni għal, u indikatur ta', żvilupp u demokrazija sostenibbli ffukati fuq il-persuni.