Description

ċittadina barranija li mxiet jew li qed tipprova timxi minn pajjiż għall-ieħor – ħafna drabi imma mhux neċessarjament il-pajjiż tan-nazzjonalità tagħha – u li l-preżenza tagħha fil-pajjiż ta’ qabel tista’ tkun jew ma tkunx legali jew regolari

Additional notes and information

Barra minn hekk, iċ-ċaqliq (jew it-tentattiv ta' ċaqliq) jista' jkun li mhux dejjem ikun volontarju minħabba li xi drabi l-mara kkonċernata tkun inġiebet fil-pajjiż bil-forza, bi pressjoni mhux xierqa jew b'qerq, bl-għan tal-isfruttament futur tagħha, u, f'każijiet oħra, il-kostrinġiment li tiċċaqlaq jista' jkun ir-riżultat ta' diżastri ekonomiċi jew naturali, jew katastrofi ambjentali.