Description

it-trattament ta’ individwu jew ta’ grupp ta’ individwi b’mod li x’aktarx iwassal għal benefiċċji, aċċess, drittijiet, opportunitajiet jew status akbar minn dawk ta’ individwi jew ta’ grupp ta’ individwi oħra

Additional notes and information

Trattament preferenzjali fir-rigward tan-nisa u l-irġiel jirrikjedi l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi li mhumiex ikkunsidrati diskriminatorji u li jinvolvu benefiċċji espliċiti (preferenzi) għal wieħed mill-ġeneri. Tali miżuri huma intenzjonati li jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ żvantaġġ u li jneħħu l-ostakli għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-każ Kalanke, użat it-termini prijoritajiet ‘awtomatiċi’ u prijoritajiet ‘assoluti u bla kundizzjoni’.